C-13/06 - ELPA (Commissie/Griekenland)

Printed via the EU tax law app / web

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba' Awla)

7 ta' Diċembru 2006 (*)

"""Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu – Sitt Direttiva VAT – Eżenzjonijiet – Artikolu 13, B(a) – Transazzjonijiet ta’ assigurazzjoni – Organiżmu li joffri servizz ta' assistenza fit-triq"

Fil-kawża C-13/06,

li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu taħt l-Artikolu 226KE, imressqa fid-9 ta' Jannar 2006,

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn D. Triantafyllou, bħala aġent, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

Ir-Repubblika Ellenika, irrappreżentata minn P. Mylonopoulos u K. Boskovits, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba' Awla),

komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tar-Raba' Awla, K. Schiemann (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: P. Léger,

Reġistratur: R. Grass,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata' l-kawża mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1       Bir-Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ssuġġettat għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-"VAT"), is-servizzi ta' assistenza fit-triq fil-każ ta’ ħsara, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1, iktar 'il quddiem is-"Sitt Direttiva").

2       Skond l-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva:

"Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġej taħt il-kundizzjonijiet li huma għandhom jistabilixxu għall-iskopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta' l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni possibbli, evitar u abbuż:

a)      assigurazzjoni u transazzjonijet ta' riassigurazzjoni mwettqa mill-brokers ta' l-assigurazzjoni u l-aġenti ta' l-assigurazzjoni".

3       L-Artikolu 15(42) tal-liġi Nru 2166/1993 (FEK A' 137/24.8.1993) jiddisponi:

!"[…] il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta' assistenza fit-triq huma suġġetti għall-VAT f'dak li jirrigwarda l-ammonti miġbura, kemm taħt forma ta' kontribuzzjoni jew, f’każ eċċezjonali, bħala korrispettiv għal servizz ta' assitenza jew ta' servizzi individwali oħra konnessi."

4       Peress li kkonstatat li, bl-applikazzjoni ta' l-imsemmi Artikolu 15(42), is-servizzi ta' assistenza, fil-każ li karrozza jkollha ħsara jew fil-każ ta' inċident bil-karrozza, ipprovduti mill-ELPA (Klabb Awtomobilistiku u ta’ l-Ivvjaġġar tal-Greċja) lill-membri tagħha permezz ta' kontribuzzjoni annwali fissa kienet tagħti lok għall-ħlas tal-VAT fuq l-imsemmija kontribuzzjoni, u peress li qieset li tali transazzjoni għandha tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta' intimazzjoni fis-7 ta' Lulju 2004 lir-Repubblika Ellenika.

5       Perers Peress li ma kinitx sodisfatta bir-risposta ta' dan l-Istat membru, il-Kummissjoni inidirizzat lil dan ta' l-aħħar, fit-22 ta' Diċembru opinjoni motivata fejn stiednitu jieħu l-miżuri adegwati sabiex itemm in-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu allegat.

6       Fir-r Fir-risposta tiegħu tat-23 ta' Frar 2005 għall-imsemmija opinjoni motivata, il-Gvern Elleniku kkontesta n-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu allegat, billi sostna b'mod partikolari li s-servizzi ta' assistenza fit-triq in kwistjoni, li la huma pprovduti minn assiguratur, la minn broker jew intermedjarju ta' assigurazzjoni, ma jikkotitwixxux transazzjonijiet ta' assigurazzjoni kif previsti fl-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva.

7       Fir-Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li s-servizzi ta' assistenza fit-triq ipprovduti minn organiżmi speċjalizzati lill-membri tagħhom fil-każ ta’ ħsara fil-karrozza jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta' assigurazzjoni, fil-każ fejn ir-riskju kopert jirrigwarda l-avveniment inċert li jikkonsisti fl-immobilizzazzjoni tal-karrozza, f'post indeterminat wara ħsara fil-magna waqt il-perijodu kopert mill-kontibuzzjoni kkonċernata.

8       Fir-risFir-risposta tiegħu, il-Gvern Elleniku ma jikkontestax in-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu li ġie kkritikat bih. Jillimita ruħu li jsostni li l-Ministeru ta’ l-Ekonomija u tal-Finanzi jipprevedi t-tneħħija ta' l-Artikolu 15(42) tal-liġi Nru 2166/1993. Fid-dawl tar-rieda mtennija tiegħu li jemenda l-leġiżlazzjoni in kwistjoni, din il-proċedura tkun bla skop u konsegwentement tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tirrinunzja għar-rikors tagħha.

9       Qabel kollox, għandu jiġi mfakkar li hija ġurisprudenza kostanti li l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt Komunitarju li għandhom il-għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-25 ta' Frar 1999, CPP, C-349/96, Ġabra p. I-973, punt 15, u ta' l-20 ta' Novembru 2003, Taksatorringen, C-801, Ġabra p. I-13711, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).

10     Fir-Fir-rigward, iktar preċiżament, tal-kunċett ta' "transazzjonijiet ta' assigurazzjoni", użat fl-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva, li mhuwiex is-suġġett ta' ebda definizzjoni fl-imsemmija Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod kostanti li transazzjoni ta' assigurazzjoni hija kkaratterizzata, b'mod ġeneralment aċċettat, mill-fatt li l-assiguratur jintrabat, għal pagament minn qabel ta' premju, li jipprovdi lill-assigurat, fil-każ tar-realizzazzjoni tar-riskju kopert, is-servizz miftiehem fiż-żmien meta jkun ġie konkluz il-kuntratt (ara, b'mod partikolari, s-sentenza Taksatorringen, iċċitata iktar 'il fuq, punt 39, u l-ġurisprudenza ċċitata).

11     Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li mhuwiex indispensabbli li s-servizz li l-assiguratur jintrabat li jipprovdi fil-każ ta’ inċident jikkonsisti fil-ħlas ta' somma ta' flus, peress li tali servizz jista' wkoll jikkonsisti f'attivitajiet ta' assistenza, kemm fi flus jew in natura bħal dawk elenkati fl-Anness ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta' l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, p. 3), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE, ta' l-10 ta' Diċembru 1984 (ĠU L 339, p. 21, iktar 'il quddiem id-"Direttiva 73/239"). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat b'mod partikolari f'dan ir-rigward li ebda raġuni ma tawtorizza interpretazzjoni differenti tat-terminu "assigurazzjoni" skond kif jidher fit-test tad-Direttiva 73/239 jew fis-Sitt Direttiva (sentenza CPP, iċċitata iktar 'il fuq, punt 18).

12     F;d F'dan ir-rigward jista' jiġi rrilevat, b'mod partikolari, li skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 73/239, il-kunċett ta' attività ta' assigurazzjoni diretta tinkludi l-attività ta' assistenza prevista fit-tieni paragrafu ta' l-istess Artikolu. Din l-attività ta' l-aħħar, li tiġi pprovduta lil persuni li jsibu ruħhom f'diffikultajiet waqt li jkunu jivvjaġġaw, waqt li jkunu 'l bogħod mid-dar jew waqt li jkunu 'l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom, tikkonsisti fl-impenn, taħt ħlas minn qabel ta’ premju, li tingħata assistenza immedjata lill-benefiċjarju taħt kuntratt ta’ assistenza meta dik il-persuna ssib ruħha f’diffikultajiet minħabba avvenimenti fortuwitu. L-assistenza tista’ b'mod parikolari tikkonsisti f’servizzi fi flus jew in natura, jekk ikun il-każ, mill-użu ta' persunal jew ta' l-apparat ta’ min jipprovdi s-servizz. Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2(3) ta' din l-istess Direttiva, tali assistenza tista' b'mod partikolari tieħu l-forma, fil-każ ta’ ħsara jew ta' inċident stradali li taffettwa l-karrozza, ta' tiswija fil-post jew ukoll ta' rmunkar sal-post fejn it-tiswija tista' titwettaq.

13     Fl-Fl-aħħar nett, fir-rigward taċ-ċirkustanza li fiha l-ELPA ma kellhiex il-kwalità ta' assiguratur, għandu jiġi mfakkar li, filwaqt li jiġi enfasizzat li l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva huma ta' interpretazzjoni stretta, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-espressjoni "transazzjonijiet ta' assigurazzjoni" msemmija fl-Artikolu 13B(a) hija bħala priċnipju wiesa biżżejjed biex tinkludi l-għotja ta' kopertura ta' assigurazzjoni minn persuna taxxabbli li mhuwiex assiguratur iżda li, fil-kuntest ta' assigurazzjoni kollettiva, jipprovdi lill-klijenti tiegħu tali kopertura billi juża s-servizzi ta' assiguratur li jieħu r-responabbiltà għar-riskju assigurat (sentenza CCP, iċċitata iktar 'il fuq, punt 22).

14     GGGħandu jiġi dedott mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti li, kif ukoll sostniet ġustament il-Kummissjoni, servizzi ta' assistenza fit-triq li organiżmu bħall-ELPA jintrabat li tipprovdi lill-membri tagħha, permezz ta’ ħlas minn qabel ta' kontribuzzjoni annwali fissa minn naħa tagħhom, fil-każ li r-riskju ta' ħsara lill-karrozza jew ta' inċident kopert minn dan l-organiżmu jseħħ, jaqgħu taħt il-kunċett ta' "transazzjonijiet ta' assigurazzjoni" previst fl-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva u għandhom konsegwentement jiġu eżentati mill-VAT.

15     BħalaKonsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi ssuġġettat għall-VAT is-servizzi ta' assistenza fit-triq fil-każ ta’ ħsara lill-karrozza, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 13B(a), tas-Sitt Direttiva.

 Fuq l-ispejjeż

16     Skond l-Artikolu 69(2), tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) taqta' u tiddeċiedi :

1)      Billi ssuġġettat għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-"VAT"), is-servizzi ta' assistenza fit-triq fil-każ ta’ ħsara lill-karrozza, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 13B(a), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima.

2)      Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż.

Firem


* Lingwa tal-kawża: il-Grieg.