C-555/15 - Gabarel

Printed via the EU tax law app / web

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria – il-Portugall) – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública

(Kawża C-555/15)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest ta’ professjonijiet mediċi u paramediċi – Fiżjoterapija – Osteopatija)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bernard Jean Marie Gabarel

Konvenut: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li fiżjoterapist li, fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu fil-qasam tas-saħħa japplika, b’mod indistint jew komplementari, terapiji tal-fiżjoterapija jew terapiji tal-osteopatija, għandu jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur mżijud mhux biss għall-ewwel tip ta’ terapiji, iżda wkoll għat-tieni tip, jekk l-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet paramediċi għall-finijiet tal-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tkun teċċedi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali permessa lill-Istati Membri minn din id-dispożizzjoni.

____________

1 ĠU C 16, 18.1.2016.