21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Luciano Baldetti
(Kawża C-350/15)
(2015/C 311/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Partijiet fil-kawża prinċipali
Luciano Baldetti
Domanda preliminari
Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b D. Lgs 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja?