C-549/16 - Palais Kaiserkron

Printed via the EU tax law app / web

Digriet tal‒Qorti tal‒Ġustizzja (L‒Għaxar Awla) tat‒12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal‒Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano – l‒Italja) Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

(Kawża C-549/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 401 – Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” – Kiri ta’ beni immobbli użati għall-attività kummerċjali – Suġġettar għal taxxa ta’ reġistrazzjoni u għall-VAT)

Lingwa tal-kawża: it‒Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa proporzjonali ta’ reġistrazzjoni li jaffettwa l-kiri ta’ bini kummerċjali, bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta dan il-bini huwa suġġett ukoll għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

____________

1     ĠU C 30, 30.1.2017.