29.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2018 – Finanzamt Kaufbeuren mit Außenstelle Füssen vs Golfclub Schloss Igling e.V.
(Kawża C-488/18)
(2018/C 392/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Kaufbeuren mit Außenstelle Füssen
Konvenuta: Golfclub Schloss Igling e.V.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), li jgħid li “[l]-provvista ta’ ċertu servizzi marbuta mill-qrib ma’ sport u edukazzjoni fiżika minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt [organi mingħajr skop ta’ lukru] lill persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika”, għandu effett dirett, sabiex fl-assenza ta’ traspożizzjoni organi mingħajr skop ta’ lukru jkunu jistgħu jinvokawh direttament? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: “organu mingħajr skop ta’ lukru” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jirreferi
|
3) |
Fil-każ ta’ kunċett li għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni: organu mingħajr skop ta’ lukru fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud huwa meħtieġ li jadotta dispożizzjonijiet li jobbligawh, fil-każ ta’ xoljiment, jittrasferixxi l-assi disponibbli għalih lil organu ieħor mingħajr skop ta’ lukru li jippromwovi l-isport u l-edukazzjoni fiżika? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.