4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – Dong Yang Electronics Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
(Kawża C-547/18)
(2019/C 44/10)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dong Yang Electronics Sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
Domandi preliminari
1) |
Is-sempliċi fatt li kumpannija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandha sussidjarja fil-Polonja jippermetti li tiġi dedotta l-eżistenza ta’ stabbiliment fiss fil-Polonja fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud? (2) |
2) |
Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, impriża terza hija marbuta li teżamina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-kumpanija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarja sabiex tiddetermina jekk l-ewwel kumpannija għandhiex stabbiliment fiss fil-Polonja? |
(1) ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.