-

Printed via the EU tax law app / web

C_2019413MT.01003301.xml

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Bank of China Limited vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-737/19)

(2019/C 413/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bank of China Limited

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

Is-soluzzjonijiet tas-sentenza tal-24 ta’ Jannar 2019, “Morgan Stanley & Co International plc vs Ministre de l’Économie et des Finances”, C-165/17, huma applikabbli fil-każ fejn fergħa twettaq fi Stat Membru, minn naħa, tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT u, min-naħa l-oħra, servizzi għall-benefiċċju tas-sede tagħha u ta’ fergħat stabbiliti fi Stat terz?

2)

Meta l-fergħa stabbilita fi Stat Membru titlob dritt għal tnaqqis ibbażat fuq l-ispejjeż sostnuti minnha bil-għan li tipprovdi servizzi għall-benefiċċju tas-sede tagħha fi Stat terz, jiġifieri l-esportazzjonijiet ta’ servizzi finanzjarji u bankarji, il-persuna taxxabbli tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-punt (a) tal-Artikolu 169 jew skont il-punt (ċ) tal-istess artikolu tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u fil-każ fejn il-fergħa tista’ titlob tnaqqis skont il-punt (a) tal-Artikolu 169, taħt liema kundizzjonijiet it-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa mis-sede stabbilita fi Stat terz jistgħu jitqiesu li jagħtu dritt għal tnaqqis jekk ikunu twettqu fl-Istat Membru fejn ikunu ġew sostnuti l-ispejjeż suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u fil-każ fejn il-fergħa tista’ titlob tnaqqis skont il-punt (ċ) tal-Artikolu 169, taħt liema kundizzjonijiet id-destinatarju jista’ jitqies li huwa stabbilit barra mill-Unjoni Ewropea meta l-fergħa tkun tinsab fl-Unjoni Ewropea u tkun tifforma entità ġuridika waħda mas-sede?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.