9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften
(Kawża C-868/19)
(2020/C 77/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M-GmbH
Konvenut: Finanzamt für Körperschaften
Domandi preliminari
1. |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi d-dispożizzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi Ġermaniża dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ; iktar ’il quddiem l-“UstG”) sa fejn din tipprekludi lil soċjetà, f’dan il-każ GmbH & Co. KG, li s-soċji tagħha, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-UStG, milli tkun kumpannija kkontrollata fil-kuntest ta’ unità fiskali għall-finijiet tal-VAT? |
2. |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.