-

Printed via the EU tax law app / web

C_2020137MT.01003002.xml

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2020 – VS vs Hauptzollamt Münster

(Kawża C-7/20)

(2020/C 137/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VS

Konvenut: Hauptzollamt Münster

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 87(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2) għandu jiġi applikat, b’analoġija, għall-ħolqien tal-obbligu tal-ħlas tal-VAT (VAT fuq l-importazzjoni)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 287, p. 90.