-

Printed via the EU tax law app / web

C_2020423MT.01001402.xml

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2020 – Amper Metal Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-334/20)

(2020/C 423/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Veszprémi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amper Metal Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”) għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni – minħabba l-espressjoni “jintużaw” li tinsab fiha –, it-tnaqqis tal-VAT ma jistax jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti ma huwiex “ta’ benefiċċju” għall-attivitajiet intaxxati tad-destinatarju tal-fattura, sa fejn:

il-valur tas-servizz (servizz pubbliċitarju) ipprovdut mill-parti li toħroġ il-fattura huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-profitt (dħul mill-bejgħ/żieda fl-ammont tan-negozju) li joriġina minn dan l-istess servizz għad-destinatarju tiegħu, jew

l-imsemmi servizz (servizz pubbliċitarju) ma ġġenera l-ebda dħul mill-bejgħ għad-destinatarju tiegħu?

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, it-tnaqqis tal-VAT jista’ jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti għandu valur sproporzjonat, għaliex is-servizz (servizz pubbliċitarju) huwa għoli u l-prezz tiegħu eċċessiv meta mqabbel ma’ servizz jew servizzi oħrajn meħuda bħala paragun?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.