-

Printed via the EU tax law app / web

C_2020423MT.01002501.xml

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Germanja) fit-28 ta’ Awwissu 2020 – Phantasialand vs Finanzamt Brühl

(Kawża C-406/20)

(2020/C 423/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Phantasialand

Konvenut: Finanzamt Brühl

Domandi preliminari

1)

L-inklużjoni kemm ta’ “fieri” kif ukoll ta’ “parks tad-divertiment” fil-kategorija 7 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 98(2) ta’ din id-direttiva, tista’ tiġi invokata sabiex issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ termini sabiex theme park jiġi ntaxxat bir-rata normali, minkejja li l-kunċett ta’ “park tad-divertiment” ikopri wkoll kemm impriżi tal-fieri sedentarji u kif ukoll mobbli?

2)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tipprovdi li servizzi distinti jistgħu ma jkunux simili fid-dawl tal-kuntest li fih jingħataw, hija applikabbli għas-servizzi pprovduti minn impriżi tal-fieri mobbli u kif ukoll minn impriżi tal-fieri sedentarji fil-forma ta’ theme parks?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:

Il-“perspettiva tal-konsumatur medju” – li tikkostitwixxi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, element essenzjali tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT – tikkostitwixxi “perspettiva kunċettwali” li ma tistax tiġi stabbilita bil-ġbir ta’ provi permezz ta’ perizja ġudizzjarja?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 35, p. 60).