-

Printed via the EU tax law app / web

C_2021019MT.01001701.xml

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Ottubru 2020 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs Termas Sulfurosas de Alcafache SA

(Kawża C-513/20)

(2021/C 19/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autoridade Tributária e Aduaneira

Konvenuta: Termas Sulfurosas de Alcafache SA

Domanda preliminari

Il-pagamenti mwettqa bħala korrispettiv għas-servizz ta’ ftuħ tal-fajl individwali ta’ kull utent, inkluż il-fajl kliniku li jagħti dritt għax-xiri ta’ trattamenti ta’ “termaliżmu klassiku” jistgħu […] jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “attivitajiet relatati mill-viċin” imsemmi fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT (1), u għalhekk għandhom jitqiesu li huma eżenti mill-VAT?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1 u r-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).