-

Printed via the EU tax law app / web

C_2021349MT.01001502.xml

30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2021 – Uniqa Asigurări SA vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-267/21)

(2021/C 349/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Uniqa Asigurări SA

Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domandi preliminari

Fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), is-servizzi ta’ regolazzjoni tal-inċidenti pprovduti mill-kumpanniji korrispondenti għal kumpannija ta’ assigurazzjoni, f’isem u għan-nom dan tal-aħħar, jistgħu jaqgħu fil-kategorija ta’ servizzi pprovduti minn konsulenti, inġiniera, uffiċċji ta’ konsulenza, avukati, accountants u servizzi oħra simili, kif ukoll l-ipproċessar ta’ data u l-provvista ta’ informazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.