30.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fil-21 ta’ Ġunju 2021 – P GmbH vs Finanzamt Österreich
(Kawża C-378/21)
(2021/C 349/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P GmbH
Konvenut: Finanzamt Österreich
Domandi preliminari
1) |
Il-VAT hija dovuta mill-emittent ta’ fattura skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) meta, bħal f’dan il-każ, ma jistax ikun hemm riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali peress li d-destinatarji tas-servizzi ma humiex konsumaturi finali li jibbenefikaw mid-dritt għal tnaqqis? |
2) |
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u l-VAT ikollha titħallas mill-emittent tal-fattura skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva dwar il-VAT:
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60