-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022095MT.01000601.xml

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – Finanzamt X vs Y

(Kawża C-516/21)

(2022/C 95/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt X

Konvenut: Y

Domanda preliminari

L-obbligu fiskali impost fuq il-kiri ta’ tagħmir u ta’ makkinarju installat b’mod permanenti japplika, skont l-Artikolu 135(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE (1),

għall-kirja waħda iżolata (awtonoma) ta’ dan it-tagħmir u makkinarju jew ukoll

il-kirja (lokazzjoni) ta’ dan it-tagħmir u makkinarju, li hija eżentata, skont il-punt (l) tal-Artikolu 135(1) ta’ din id-direttiva, fuq il-bażi (b’mod anċillari) tal-lokazzjoni ta’ bini konkluża bejn dawn l-istess partijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).