20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2021 – A vs Finanzamt M
(Kawża C-596/21)
(2021/C 513/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: Finanzamt M
Domandi preliminari (1)
1) |
It-tieni xerrej ta’ beni jista’ jiġi rrifjutat it-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tax-xiri abbażi tal-fatt li kellu jkollu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ, minkejja li l-ewwel xerrej ukoll kellu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis fir-rigward tat-tieni xerrej huwa limitat għall-ammont tad-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, id-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni huwa kkalkolat
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60).