-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022326MT.01000501.xml

29.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-26 ta’ April 2022 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs P. w W.

(Kawża C-282/22)

(2022/C 326/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Konvenut: P. w W.

Domanda preliminari

Servizz kumpless ipprovdut f’punti tal-iċċarġjar għall-utenti ta’ vetturi elettriċi li jinkludi:

a)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tagħmir għall-iċċarġjar (inkluż l-integrazzjoni taċ-ċarġer mas-sistema operattiva tal-vettura),

b)

il-provvista tal-fluss tal-elettriku bil-parametri debitament adattati għall-batteriji tal-vetturi elettriċi,

c)

l-appoġġ tekniku meħtieġ għall-utenti tal-vetturi,

d)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti ta’ pjattaforma, sit internet jew applikazzjoni speċjali li jservu sabiex wieħed jirriżerva konnettur speċifiku, jara t-tranżazzjonijiet u l-ħlasijiet imwettqa diġà, kif ukoll tal-possibbiltà li jsir użu mill-hekk imsejjaħ portafoll elettroniku (e-wallet) li jservi għat-twettiq ta’ ħlasijiet ta’ ammonti dovuti għal sessjonijiet individwali ta’ ċċarġjar,

jikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jew provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.