-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022326MT.01000502.xml

29.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-29 ta’ April 2022 – TP vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA

(Kawża C-288/22)

(2022/C 326/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TP

Konvenut: Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA

Domandi preliminari

1)

Persuna fiżika, li hija membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Lussemburgiż, twettaq attività “ekonomika” fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b’mod iktar preċiż, it-tariffi miġbura minn din il-persuna għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni miksuba bħala korrispettiv għas-servizzi pprovduti lil din il-kumpannija?

2)

Persuna fiżika, li hija membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Lussemburgiż, twettaq l-attività tagħha “b’mod indipendenti” fis-sens tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2006/112?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.