-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022303MT.01001601.xml

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ Mejju 2022 – Feudi di San Gregorio Aziende Agricole SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-341/22)

(2022/C 303/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Feudi di San Gregorio Aziende Agricole SpA

Konvenut: Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jiċħad il-kwalità ta’ persuna taxxabbli u, għaldaqstant, id-dritt għat-tnaqqis jew għar-rimbors tal-VAT tal-input, lil persuna li tkun wettqet tranżazzjonijiet attivi suġġetti għall-VAT b’mod li jitqies inkompatibbli – għaliex eċċessivament baxx – ma’ dak li jista’ raġjonevolment jiġi mistenni mill-assi patrimonjali li din ikollha matul tliet snin konsekuttivi skont kriterji stabbiliti minn qabel bil-liġi, u li ma tkunx f’pożizzjoni li tipprova, biex tiġġustifika din iċ-ċirkustanza, li jeżistu ċirkustanzi oġġettivi li jipprekludu dan?

2)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 167 tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipji ġenerali ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità tal-limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, permezz tal-Artikolu 30(4) tal-Liġi Nru 724 tal-1994, iċċaħħad mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq ix-xiri, għar-rimbors tagħha jew għall-użu matul perijodu taxxabbli ulterjuri, lil persuna taxxabbli li, matul tliet perijodi ta’ taxxa konsekuttivi, wettqet tranżazzjonijiet attivi suġġetti għall-VAT b’mod li jitqies inkompatibbli – għaliex eċċessivament baxx – ma’ dak li jista’ raġjonevolment jiġi mistenni mill-assi patrimonjali li din ikollha matul tliet snin konsekuttivi skont kriterji stabbiliti minn qabel bil-liġi, u li ma tkunx f’pożizzjoni li tipprova, biex tiġġustifika din iċ-ċirkustanza, li jeżistu ċirkustanzi oġġettivi li jipprekludu dan?

3)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tad-dritt tal-Unjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, permezz tal-Artikolu 30(4) tal-Liġi Nru 724 tal-1994, iċċaħħad mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq ix-xiri, għar-rimbors tagħha jew għall-użu matul perijodu taxxabbli ulterjuri, lil persuna taxxabbli li, matul tliet perijodi ta’ taxxa konsekuttivi, wettqet tranżazzjonijiet attivi suġġetti għall-VAT b’mod li jitqies inkompatibbli – għaliex eċċessivament baxx – ma’ dak li jista’ raġjonevolment jiġi mistenni mill-assi patrimonjali li din ikollha matul tliet snin konsekuttivi skont kriterji stabbiliti minn qabel bil-liġi, u li ma tkunx f’pożizzjoni li tipprova, biex tiġġustifika din iċ-ċirkustanza, li jeżistu ċirkustanzi oġġettivi li jipprekludu dan?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60.