3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2022 – IT vs État belge
(Kawża C-365/22)
(2022/C 380/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IT
Konvenut: État belge
Domanda preliminari
Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li vetturi li ma għandhomx jintużaw, akkwistati minn impriża ta’ bejgħ ta’ vetturi użati u relitti, minn persuni msemmija fl-Artikolu 314 tad-direttiva, intiżi biex jinbiegħu “għall-partijiet li jinqalgħu” mingħajr ma l-partijiet jkunu nqalgħu minnhom, jikkostitwixxu oġġetti użati fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?
(1) ĠU L 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 347, p. 60.