-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022380MT.01000301.xml

3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs HPA – Construções SA

(Kawża C-433/22)

(2022/C 380/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira

Konvenut: HPA – Construções SA

Domanda preliminari

Il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-rata mnaqqsa tal-VAT tista’ tiġi applikata biss għal kuntratti ta’ xogħlijiet ta’ tiswija u rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli f’residenzi privati li fihom ikunu qed jgħixu n-nies fil-mument meta dawn ix-xogħlijiet ikunu qed iseħħu?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.