-

Printed via the EU tax law app / web

C_2022380MT.01000302.xml

3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Lulju 2022 – P sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-442/22)

(2022/C 380/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Lublinie

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn impjegat ta’ persuna suġġetta għall-VAT ikun ħareġ fattura falza bil-VAT imniżżla fiha, li fiha wera l-informazzjoni tal-persuna li timpjegah bħala persuna taxxabbli, mingħajr l-għarfien u l-kunsens ta’ din tal-aħħar, il-persuna li tniżżel il-VAT fuq il-fattura li obbligata tħallas il-VAT għandha titqies li hija:

il-persuna suġġetta għall-VAT, li l-informazzjoni tagħha ntużat illegalment fil-fattura, jew

l-impjegat, li niżżel illegalment il-VAT fuq il-fattura billi uża l-informazzjoni tal-persuna suġġetta għall-VAT?

2)

Sabiex tingħata risposta dwar min għandu jitqies, skont it-tifsira tal-Artikolu 203 tal-imsemmija Direttiva tal-Kunsill 2006/112, bħala l-persuna li tniżżel il-VAT fuq il-fattura li hija obbligata tħallas il-VAT fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, huwa neċessarju li jiġi kkonstatat jekk il-persuna suġġetta għall-VAT, li timpjega persuna li tkun niżżlet illegalment fuq il-fattura tal-VAT l-informazzjoni ta’ din il-persuna taxxabbli, tistax titqies li ma werietx id-diliġenza dovuta fis-superviżjoni tal-impjegat?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.