Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/18


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad de Nederlanden (l-Olanda) fil-31 ta' Lulju 2008 — Modehuis A. Zwijnenburg BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-352/08)

(2008/C 285/30)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad de Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Modehuis A. Zwijnenburg BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

L-Artikolu 11(1)(a), tad-Direttiva [tal-Kunsill] 90/434/KEE (1) tat-23 ta' Lulju 1990, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattamenti preferenzjali li tipprovdi din id-direttiva jistgħu jiġu rrifjutati lill-persuna taxxabbli jekk numru ta' atti ġuridiċi jikkomportaw il-prevenzjoni ta' ġbir ta' taxxa oħra minbarra dawk suġġetti għat-trattamenti preferenzjali msemmija f'din id-direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 1).