Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2009 — Scheuten Solar Technology GmbH vs Finanzamt Gelsenkirchen-Süd

(Kawża C-397/09)

2009/C 312/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Scheuten Solar Technology GmbH

Konvenut: Finanzamt Gelsenkirchen-Süd

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), jipprekludi dispożizzjoni li tipprovdi li l-ammont ta’ imgħax fuq self imħallas minn kumpannija ta’ Stat Membru lil kumpannija assoċjata ta’ Stat Membru ieħor jiġi inkluż mill-ewwel kumpannija fil-bażi ta’ stima għall-finijiet tat-taxxa fuq il-kummerċ?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv: l-Artikolu 1(10) tad-Direttiva jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx id-Direttiva anki meta, fid-data tal-pagament tal-imgħax, il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva rigward l-eżistenza ta’ kumpannija assoċjata kienu għadhom ma ġewx sodisfatti għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas sentejn?

F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jinvokaw direttament l-Artikolu 1(10) tad-Direttiva fir-rigward tal-kumpannija li tħallas?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09 Volum 01, p. 380