Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2010 — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-594/10)

2011/C 80/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T.G. van Laarhoven

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva (1) jipprekludi emendi għal leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis bħal dik inkwistjoni, skont liema Stat Membru jkun fittex li jieħu vantaġġ mill-possibbiltà, li għaliha dik id-dispożizzjoni tipprovdi, (li tinżamm) l-esklużjoni ta’ tnaqqis fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u servizzi jekk, bħala konsegwenza ta’ dawk l-emendi, l-ammont eskluż mit-tnaqqis żdied f’ħafna każijiet, iżda l-approċċ u l-iskema tal-leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis baqgħu ma nbidlux?

(2)

Jekk it-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-qrati nazzjonali għandhom jevitaw li japplikaw il-leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis fl-intier tagħha, jew huwa biżżejjed għalihom li ma japplikawx il-leġiżlazzjoni sa fejn tkun żiedet il-portata tal-esklużjoni jew tar-restrizzjoni eżistenti fil-mument meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Marzu 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.