Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (l-Italja) fit-2 ta’ Mejju 2011 — 3D I srl vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

(Kawża C-207/11)

2011/C 211/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 3D I srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Cremona

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Istat Taljan, stabbilita fl-Artikolu 2(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 544, tat-30 ta’ Diċembru 1992, li abbażi tagħha trasferiment jew skambju ta’ azzjonijiet jagħti lok għal tassazzjoni, fir-rigward tal-kumpannija li tittrasferixxi, tal-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment u li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispiża inizjali ta’ akkwist tal-azzjonijiet jew tal-ishma ittrasferiti u l-valur attwali tagħhom, sakemm il-kumpannija li tittrasferixxi tinkludi fil-karta tal-bilanċ tagħha fond ta’ riżerva speċjali ekwivalenti għall-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment, hija, f’każ bħal dan li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti, kuntrarja għall-Artikoli 2, 4 u 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (1)?


(1)  ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142