Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-301/11)

2011/C 252/38

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tiddikjara li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, billi adotta u żamm fis-seħħ fil-forma attwali tagħhom l-Artikoli 3.60 u 3.61 tal-Wet inkomstenbelasting (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul) u l-Artikoli 15c u 15d tal-Wet Vennootschapsbelasting (Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni ġuridiċi) 1969, naqas mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattat fuq il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 49;

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li t-tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ parti ta’ impriża fi Stat Membru ieħor jew fil-każ ta’ trasferiment tas-sede reġistrata jew tal-post tas-sede effettiva tal-kumpannija fi Stat Membru ieħor tammonta għal ostaklu għal-libertà ta’ stabbiliment li huwa inkompatibbli mal-Artikolu 49 TFUE.