Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Ferrol (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2013 — Ministerio de Defensa u Navantia S.A. vs Concello de Ferrol

(Kawża C-522/13)

2013/C 367/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministerio de Defensa u Navantia SA

Konvenut: Concello de Ferrol

Domandi preliminari

(1)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà li tibbenefika minnha Navantia SL hija kompatibbli mal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)?

(2)

L-eżenzjoni fiskali li Stat Membru (Spanja) jista’ jipprevedi fir-rigward ta’ art (proprjetà immobbli rreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet bir-referenza 2825201QA5422N0001YG) li hija proprjetà tiegħu, imqegħda għad-dispożizzjoni ta’ impriża privata li l-kapital tagħha huwa totalment proprjetà pubblika (Navantia SL) u li minnha hija tipprovdi beni u servizzi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ bejn Stati Membri, hija kompatabbili mal-Artikolu 107 TFUE?