Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet

(Kawża C-593/14)

(2015/C 073/23)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Masco Denmark ApS u Damixa ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (li saru l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 54 TFUE rispettivament), jipprekludi Stat Membru milli ma jagħtix eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, residenti fi Stat Membru ieħor, ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti minħabba r-regoli (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) fl-Istat Membru kkonċernat li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis tal-interessi mħallsa fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni, meta dan l-ewwel Stat Membru jagħti eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija residenti oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti skont ir-regoli nazzjonali (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) li jillimitaw it-tnaqqis ta’ tali spejjeż fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni?