Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – X, Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-317/15)

(2015/C 311/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: X, Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-awtorizzazzjoni li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq pajjiżi terzi, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, hija estiża wkoll għall-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet taħt id-dritt nazzjonali bħalma huwa t-terminu ta’ rkupru estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, liema regoli huma wkoll applikabbli għal sitwazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-investimenti diretti, mal-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew mal-ammissjoni ta’ titoli fis-swieq kapitali?

2)

L-awtorizzazzjoni li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ kapital li jinvolvu l-provvista ta’ servizzi finanzjarji, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, tirrigwarda wkoll restrizzjonijiet li, bħat-terminu ta’ rkupru estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma humiex diretti lejn il-fornitur tas-servizzi u lanqas ma jirregolaw il-kundizzjonijiet jew il-modalitajiet tal-provvista ta’ servizzi?

3)

L-espressjoni “il-moviment tal-kapital […] li jinvolvi […] il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji” fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE tinkludi wkoll sitwazzjoni fejn, bħalma huwa l-każ inkwistjoni, resident ta’ Stat Membru jkun fetaħ kont (ta’ titoli) ma’ istituzzjoni bankarja barra mill-Unjoni, u l-fatt li din l-istituzzjoni bankarja twettaq operazzjonijiet għad-detentur tal-kont huwa rilevanti, u fl-affermattiv, sa fejn huwa rilevanti dan il-fatt?