Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-356/15)

(2015/C 302/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, avukat)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 11, 12 u 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u taħt id-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3).

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju kiser l-Artikoli 11, 12 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif ukoll l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u d-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, peress li huwa ma jirrikonoxxix in-natura vinkolanti tad-dokument li joriġina mill-Istat Membru tal-ħaddiem ikkollokat li jattesta li huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU L 284, p. 1.

(3)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.