Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – GROFA GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-435/15)

(2015/C 363/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GROFA GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Domandi preliminari

1)

(a)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1) huwa applikabbli b’analoġija għall-prodotti li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali (GoPro HERO3 “Black Edition”, “Black Edition Surf”, u “Black Edition Motorsport”)?

(b)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2011 huwa validu?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew 1(b) tkun negattiva:

(a)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2014, tat-8 ta’ Awwissu 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (2) huwa applikabbli b’analoġija għall-prodotti li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali?

(b)

Fil-każ li r-risposta għal din id-domanda tkun fl-affermattiv:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 876/2014 huwa validu?

3)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew għad-domanda 1(b) tkun negattiva:

In-noti ta’ spjega tal-Kummissjoni għall-intestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li sekwenza ta’ vidjow irrekordjata f’fajls separati ta’ inqas minn 30 minuta kull wieħed tikkostitwixxi rrekordjar ta’ “għallinqas 30 minuta f’sekwenza waħda ta’ vidjow” jekk, meta jintwera l-irrekordjar, il-persuna li tkun qed tarah ma tkunx tista’ tinnota li l-irrekordjar jgħaddi minn fajl għal ieħor?

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew għad-domanda 1(b) tkun negattiva, u r-risposta għad-domandi 2(a), 2(b) u 3 tkun fl-affermattiv:

Il-fatt li vidjowkameras li jistgħu jirrekordjaw sinjali minn sorsi esterni ma jkunux jistgħu jirriproduċu dawn is-sinjali fuq riċevitur tat-televiżjoni estern jew fuq moniter estern jipprekludi li dawn jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda?


(1)  ĠU L 319, p. 39.

(2)  ĠU L 240, p. 12.

(3)  ĠU C 76, p. 1.