29.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Diċembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College
(Kawża C-699/15)
(2016/C 078/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Konvenut: Brockenhurst College
Domandi preliminari
1) |
Skont l-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-VAT (1), il-provvista, bi ħlas, ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim lil membri tal-pubbliku (li ma humiex id-destinatarji tas-servizz prinċipali ta’ tagħlim) hija “marbuta mill-qrib” mat-tagħlim meta t-twettiq ta’ dawn is-servizzi jkun iffaċilitat mill-istudenti (li huma d-destinatarji tas-servizz prinċipali ta’ tagħlim) fil-kuntest tat-taħriġ tagħhom u bħala parti integrali minn dan it-taħriġ? |
2) |
Biex jiġi ddeterminat jekk il-provvisti ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment jidħlux taħt l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-VAT bħala servizzi “marbuta mill-qrib” mat-tagħlim,
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).