Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/31


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-515/13T-719/13, Spanja et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-128/16 P)

(2016/C 156/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. DiBucci, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja, Lico Leasing, S.A.U. u Pequeños u Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A.

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2015, mogħtija fil-Kawżi magħquda T-515/13T-719/13;

terġa’ tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fir-rigward tal-kunċetti ta’ impriża u ta’ vantaġġ selettiv, kif ukoll fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni u żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tan-natura selettiva.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u żnaturat id-deċiżjoni meta interpretat b’mod żbaljat in-natura selettiva ta’ vantaġġ fiskali rriżervat għall-impriżi li jiżvolġu attività ekonomika speċifika, ikkostitwit għall-Gruppi b’Interess Ekonomiku u l-imsieħba tagħhom, kif ukoll fil-kwalifika żbaljata tal-motivazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-analiżi tal-vantaġġ selettiv li jirriżulta mill-eżistenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-awtorità nazzjonali tat-taxxa.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ selettività billi eskludiet il-preżenza ta’ selettività fir-rigward ta’ miżura rriżervata għas-suġġetti li jwettqu investimenti speċifiċi.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat id-deċiżjoni kontenzjuża meta interpretat u applikat l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-effett fuq il-kompetenza u tal-effett fuq il-kummerċ skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.