Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Geocycle Bulgaria EOOD vs Direktor na direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktik” – Veliko Tarnovo, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-314/17)

(2017/C 256/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Geocycle Bulgaria EOOD

Konvenut: Direktor na direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktik” – Veliko Tarnovo, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domanda preliminari

Ikun hemm ksur tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tas-sistema komuni tal-VAT, prevista fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), meta, fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali, l-istess kunsinna waħda hija suġġetta għall-VAT, l-ewwel darba taħt is-sistema ġenerali – fejn il-VAT kienet ikkalkolata mill-fornitur fuq il-bażi tal-fattura tal-bejgħ – u t-tieni darba permezz tal-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni mid-destinatarju, konformement mal-avviż ta’ aġġustament fiskali – mekkaniżmu li fil-kuntest tiegħu l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa ma huwiex possibbli fil-prattika – u meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix li l-VAT ikkalkolata fuq il-fattura mill-fornitur tiġi kkoreġuta wara l-għeluq tal-proċedura ta’ aġġustament fiskali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.