Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go
201808030272049782018/C 294/453892018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180613323322

Kawża C-389/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Brussels Securities SA vs ir-Renju tal-Belġju


C2942018MT3220120180613MT0045322332

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Brussels Securities SA vs ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-389/18)

2018/C 294/45Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brussels Securities SA

Konvenuta: ir-Renju tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti ( 1 ) (sostitwita mit-18 ta’ Jannar 2012 bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti ( 2 )), flimkien ma’ sorsi oħra tad-dritt Komunitarju,

għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ awtorità nazzjonali, bħalma huwa l-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 u d-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992, fit-testi applikabbli għas-sena taxxabbli 2011,

peress li intgħażlet sistema ta’ eżenzjoni (astensjoni mill-intaxxar ta’ profitti mqassma riċevuti minn kumpannija omm bħala assoċjata ta’ kumpannija sussidjarja tagħha) li tikkonsisti, inizjalment, fl-inklużjoni tad-dividend imqassam mill-kumpannija sussidjarja fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm, u, sussegwentement, fit-tnaqqis ta’ dan id-dividend minn din il-bażi taxxabbli f’proporzjon ta’ 95 %, bħala dħul intaxxat b’mod definittiv,

minħabba l-applikazzjoni konġunta, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ta’ kalkolu tat-taxxa tal-kumpanniji tal-kumpannija omm, ta’ din is-sistema Belġjana ta’ tnaqqis tad-dħul intaxxat b’mod definittiv u (1) ta’ regoli li jirrigwardaw tnaqqis ieħor li jikkostitwixxi benefiċċju fiskali previst minn din il-leġiżlazzjoni (it-tnaqqis għal kapital f’riskju), (2) tad-dritt li jitnaqqas il-bilanċ tat-telf preċedenti li jkun rekuperabbli, (3) tad-dritt li jiġi ttrasferit għas-snin ta’ taxxa sussegwenti, fejn għal sena ta’ taxxa li l-ammont tagħha jkun ikbar minn dak tal-profitti taxxabbli, l-imputazzjoni tal-eċċess tad-dħul intaxxat b’mod definittiv, it-tnaqqis għal kapital b’riskju u l-bilanċ tat-telf preċedenti rekuperabbli, u (4) tal-ordni ta’ imputazzjoni li jipprevedi, matul dawn is-snin ta’ taxxa sussegwenti, li l-imputazzjoni għandha sservi sal-eżawriment tal-profitti taxxabbli, l-ewwel nett, fuq id-dħul intaxxat b’mod definittiv ittrasferit ’il quddiem, imbagħad fuq it-tnaqqis għal kapital f’riskju ttrasferit ’il quddiem (li jista’ biss jiġi ttrasferit ’il quddiem għas-“seba’ perijodi taxxabbli sussegwenti”), imbagħad għall-bilanċ tat-telf preċedenti li jkun rekuperabbli,

twassal għat-tnaqqis, sħiħ jew parzjali, tad-dividendi riċevuti mill-kumpannija sussidjarja, tat-telf li l-kumpannija omm setgħet tnaqqas kieku d-dividendi kienu ġew esklużi purament u sempliċement mill-profitti tas-sena tat-taxxa li fiha nkisbu (bl-effett li jitnaqqas ir-riżultat taxxabbli ta’ din is-sena ta’ taxxa u li żżid, jekk ikun il-każ, it-telf fiskali trasferibbli ’il quddiem), minflok ma tinżamm f’dawk il-profitti u mbagħad tkun suġġetta għal regoli ta’ eżenzjoni u ta’ trasferiment ’il quddiem tal-ammont eżentat f’każ ta’ profitti insuffiċjenti,

jiġifieri t-tnaqqis tal-bilanċ tat-telf preċedenti rekuperabbli tal-kumpanija omm, li jista’ jsir matul is-snin ta’ taxxa wara sena ta’ taxxa li għaliha d-dħul intaxxat definittivament, it-tnaqqis għal kapital b’riskju u l-bilanċ tat-telf rekuperabbli preċedenti jeċċedu l-ammont tal-profitti taxxabbli?


( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147

( 2 ) ĠU L 345, p. 8.