Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ġunju 2020 – Finanzamt T vs S

(Kawża C-269/20)

(2020/C 297/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt T

Konvenut: S

Domandi preliminari

1)

L-awtorizzazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) tippermetti lill-Istati Membri jqisu flimkien, bħala persuna taxxabbli waħda, persuni stabbiliti fit-territorju tagħhom li, għalkemm legalment indipendenti, huma marbutin strettament ma’ xulxin permezz ta’ rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi, b’mod

a)

li l-ipproċessar bħala persuna taxxabbli iseħħ fil-każ ta’ waħda minn dawn il-persuni li tkun persuna taxxabbli għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minn dik il-persuna, jew

b)

li l-ipproċessar bħala persuna taxxabbli jkollu neċessarjament – u għalhekk ukoll bir-riskju li jiġġarrab telf sinjifikattiv mid-dħul mit-taxxa – iwassal għal grupp tal-VAT distint mill-persuni relatati mill-qrib u li jikkostitwixxi entità fittizja li għandha titwaqqaf speċifikament għall-finijiet tal-VAT?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-punt a) tal-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirrigwarda skopijiet barra dawk tan-negozju skont l-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388 (Sentenza tat-12 ta’ Frar 2009, Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie, C-515/07, EU:C:2009:88), jirriżulta li fir-rigward ta’ persuna taxxabbli

a)

li, minn naħa, twettaq attività ekonomika billi tipprovdi servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva u

b)

li, min-naħa l-oħra, fl-istess ħin teżerċita attività relatata mal-eżerċizzju impsost fuqha ta’ awtorità pubblika (attività sovrana), li għaliha ma titqiesx bħala persuna taxxabbli skont l-Artikolu 4(5) ta’ din id-direttiva,

il-provvista ta’ servizz bla ħlas mill-qasam tal-attività ekonomika tagħha lejn iż-żona tal-attività sovrana tagħha ma tkunx taxxabbli skont l-Artikolu 6(2)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.