20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – ASA vs DGRFP Cluj
(Kawża C-519/21)
(2021/C 513/24)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ASA
Konvenut: DGRFP Cluj
Partijiet li qed jidhru bħala garanti: BP, MB
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod ġenerali, iżda wkoll l-Artikoli 9, 12, 14, 62, 63, 65, 73 u 78 tagħha, b’mod partikolari, jistgħu jiġu interpretati f’kuntest speċifiku bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, fis-sens li:
|
2) |
Id-Direttiva 2006/112, b’mod ġenerali, iżda wkoll l-Artikolu 167, l-Artikolu 168(a), l-Artikolu 178(a), u l-Artikolu 179 tagħha, b’mod partikolari, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ newtralità jistgħu jiġu interpretati, f’kuntest speċifiku bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, fis-sens li:
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv u/jew fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali: hija ammissibbli talba mill-persuna taxxabbli, li fir-rigward tagħha hemm l-obbligu ta’ ħlas tal-VAT u ta’ spejjeż relatati, sabiex tieħu azzjoni kontra persuni fiżiċi li l-istatus tagħhom bħala persuna taxxabbli ma jkunx ġie stabbilit u li huma partijiet f’kuntratt ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika [konkluż] flimkien mal-persuna taxxabbli li hija meħtieġa tħallas it-taxxa tal-output relatata mat-tranżazzjonijiet li kellha tirċievi, meta l-kuntratt ta’ assoċjazzjoni ma kienx irreġistrat mal-awtoritajiet tat-taxxa qabel il-bidu tal-attività, sabiex jinkiseb is-sehem previst skont il-qsim tal-profitti li jirriżulta mill-kuntratt ta’ assoċjazzjoni, fir-rigward tal-obbligi tal-ħlas tal-VAT u tal-ispejjeż relatati imposti fuq il-persuna taxxabbli? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.