Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (l-Iskozja), Edinburgh (ir-Renju Unit), fil-5 ta' Novembru 2007 — Royal Bank of Scotland plc vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-488/07)

(2008/C 8/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (l-Iskozja), Edinburgh.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Royal Bank of Scotland plc.

Konvenut The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs.

Domandi preliminari

1)

It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 19(1), tad-Direttiva 77/388/KEE (1) (Sitt Direttiva VAT) jeżiġi li l-proporzjon imnaqqas minn persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 17(5) għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix in-numru li jmiss, meta:

a)

dan il-proporzjon huwa proporzjon li ġie stabbilit għal settur tan-negozju tal-persuna taxxabbli skond il-punt (a) jew (b) tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 17(5); u/jew

b)

dan il-proporzjon huwa proporzjon li ġie stabbilit fuq il-bażi ta' l-użu ta' l-oġġetti u s-servizzi kollha jew ta' parti minnhom mill-persuna taxxabbli, skond il-punt (ċ) tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 17(5); u/jew

c)

dan il-proporzjon huwa proporzjon li ġie stabbilit fir-rigward ta' l-oġġetti u s-servizzi kollha użati mill-persuna taxxabbli għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 17(5) skond il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tiegħu?

2)

It-tieni subparagrafu ta' l-imsemmi Artikolu 19(1) jawtorizza lill-Istati Membri jeżiġu li l-proporzjon imnaqqas minn persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 17(5) ikun magħmul figura sħiħa għajr milli l-ogħla numru sħiħ li jmiss?


(1)  ĠU 1977, L 145, p. 1.