Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/33


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Novembru 2007 — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-515/07)

(2008/C 22/60)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta' tweġiba fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva (1) timplika li, fil-każ ta' servizzi u oġġetti li mhumiex kapitali, il-VAT għandha titħallas darba waħda matul il-perijodu li għalih it-tnaqqis attribwit għal dawn is-servizzi u oġġetti ġie applikat, jew għandha titħallas fuq firxa ta' diversi perijodi; u fil-każ affermattiv, kif għandha tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa għal dawn l-oġġetti u servizzi li mhumiex suġġetti għall-benefiċċju kapitali?

2)

L-Artikoli 6(2) u 17(1),(2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli hija awtorizzata tuża fin-negozju tagħha mhux biss l-oġġetti kapitali, iżda wkoll it-totalità ta' l-oġġetti u s-servizzi kollha użati kemm għall-iskopjiet tan-negozju tagħha kif ukoll għal skopijiet estranji għal dan u li t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta ma' l-akkwist ta' dawn l-oġġetti u s-servizzi għandha titnaqqas b'mod integrali u immedjat?


(1)  Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).