Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/22


Rikors imressaq fid-19 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-562/07)

(2008/C 64/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li meta ntaxxa l-qligħ kapitali magħmul fi Spanja minn persuni mhux residenti b'mod differenti minn dak magħmul minn persuni residenti sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 39 KE u 56 KE u taħt l-Artikoli 28 u 40 tal-Ftehim ZEE;

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond il-leġiżlazzjoni Spanjola fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2006, il-qligħ kapitali ta' persuni mhux residenti kien suġġett għal taxxa b'rata proporzjonali ta' 35 %, filwaqt li l-qligħ kapitali ta' persuni residenti kien suġġett għal rata progressiva jekk l-assi kapitali kienu baqgħu prorpjetà tagħhom għal perijodu ta' inqas minn sena, u għal rata proporzjonali ta' 15 % jekk il-perijodu ta' proprjetà kien aktar minn sena. Għalhekk, il-piż fiskali li jkollhom il-persuni mhux residenti jekk ibigħu l-assi tagħhom wara li tkun għaddiet sena mill-akkwist ikun dejjem akbar. Fil-każ li l-assi jkunu ttrasferiti fi żmien sena mill-akkwist, il-persuni mhux residenti jkollhom ukoll piż fiskali akbar, minbarra fil-każ meta r-rata medja li tapplika għall-persuni taxxabbli residenti teċċedi 35 % (li jfisser qligħ kapitali kbir).

Il-Kummissjonmi tikkunsidra li m'hemm l-ebda differenza oġġettiva bejn is-sitwazzjonijiet ta' dawn iż-żewġ kategoriji ta' persuni taxxabbli, u li għalhekk il-piż fiskali akbar fuq il-perusni mhux residenti huwa diskriminazzjoni li tillimita b'mod illegali l-libertà ta' moviment tal-ħaddiema u l-moviment liberu tal-kapital kif hemm provdut fl-Artikoli 39 KE u 56 KE u fl-Artikoli 28 u 40 tal-Ftehim ŻEE.