Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fit-2 ta' Jannar 2008 — Athesia Druck Srl vs Ministero delle Finanze, Agenzia delle Entrate

(Kawża C-1/08)

(2008/C 64/40)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Athesia Druck Srl

Konvenut: Ministero delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-VAT, liema huwa, skond l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE (1): Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima — il-post fejn ingħata s-servizz ta' reklamar, mogħti minn impriża li għandha l-uffiċju prinċipali tagħha fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea favur impriża stabbilita barra mill-Komunità, iżda li għandha rappreżentant fiskali fit-territorju ta' Stat Membru, u, b'mod partikolari, jekk dan il-post huwiex il-post fejn huwa stabbilit id-destinatarju tar-reklam, il-post fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-kumpannija li hija r-rappreżentant fiskali għall-Italja tal-kumpannija stabbilita barra mill-Komunità, il-post barra mill-Komunità fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-kumpannija li talbet is-servizz ta' reklamar jew il-post tal-klijent tal-kumpannija stabbilita barra mill-Komunità?


(1)  ĠU L 145, p. 1.