Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit-2 ta' Jannar 2008 — Amministrazione dell'economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Fallimento Olimpiclub Srl

(Kawża C-2/08)

(2008/C 79/26)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amministrazione dell'economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Fallimento Olimpiclub Srl

Domandi preliminari

“Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, intiża sabiex tistabbilixxi l-prinċipju ta' res judicata, meta din l-applikazzjoni twassal għal riżultat li jmur kontra d-dritt Komunitarju, b'mod illi jġib fix-xejn l-applikazzjoni tiegħu, anki f'setturi differenti minn dak ta' l-għajnuna ta' l-Istat (fir-rigward ta' liema teżisti sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta' Lulju 2007, Lucchini s.p.a., C-119/05) u, b'mod partikolari, fil-qasam tal-VAT u ta' abbuż ta' drittijijet mwettaq bil-għan li jiġi indebitament evitat il-ħlas ta' taxxa, b'mod partikolari fid-dawl tal-kriterju ta' dritt nazzjonali, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza ta' din il-Qorti, skond liema, fi kwistjonijiet ta' taxxa, ir-res judicata f'kawża partikolari, meta din tirrigwarda punt fundamentali komuni ma' kawżi oħra, għandha, fir-rigward ta' dan il-punt, effett vinkolanti, anki jekk il-konstatazzjonijiet mwettqa f'dan il-każ jirreferu għal perijodu ta' tassazzjoni differenti?”