Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/16


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (Ir-Renju Unit) fil-31 ta' Jannar 2008 — RCI Europe vs Commissioners of HM Revenue and Customs

(Kawża C-37/08)

(2008/C 92/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Londra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RCI Europe

Konvenuti: Commissioners of HM Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest tas-servizzi pprovduti mir-rikorrenti għall-:

miżata ta' reġistrazzjoni;

miżata ta' abbonament; u

miżata ta' skambju

imħallsa mill-membri tal-Weeks Scheme tar-rikorrenti, liema huma l-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex “konnessi” ma' proprjetà immobbli fis-sens ta' l-Artikolu 9(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) (issa l-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-VAT riformulata (2))?

2)

Jekk is-servizzi kollha, jew xi wħud minnhom, ipprovduti mir-rikorrenti huma “konnessi” ma' proprjetà immobbli fis-sens ta' l-Artikolu 9(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (issa l-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-VAT riformulata), il-proprjetà immobbli li magħha huma konnessi dawn is-servizzi kollha, jew kull wieħed minn dawn is-servizzi, hija l-proprjetà immobbli ddepożitata fil-fondi komuni, jew il-proprjetà immobbli mitluba bħala skambju għall-proprjetà immobbli ddepożitata, jew it-tnejn li huma?

3)

Jekk xi wħud minn dawn is-servizzi huma “konnessi” maż-żewġ proprjetajiet immobbli, kif għandhom jiġu kklassifikati s-servizzi taħt is-Sitt Direttiva tal-VAT (issa d-Direttiva tal-VAT riformulata)?

4)

Fid-dawl tas-soluzzjonijiet diverġenti misjuba minn Stati Membri differenti, is-Sitt Direttiva tal-VAT (issa d-Direttiva tal-VAT riformulata) kif tikkaratterizza d-dħul ta' persuna taxxabbli minn “miżata ta' skambju” rċevuta għal dawn is-servizzi:

tħaffif ta' l-iskambju tad-drittijiet ta' l-użu ta' vakanzi ta' membru wieħed ta' skema mmexxija mill-persuna taxxabbli mad-drittijiet ta' użu ta' vakanzi ta' membru ieħor ta' din l-iskema; u/jew

provvista ta' drittijiet ta' użu fl-akkomodazzjoni mixtrija mill-persuna taxxabbli mingħand terzi persuni taxxabbli sabiex jitkabbar il-fondi komuni ta' akkomodazzjoni disponibbli għall-membri ta' din l-iskema.


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).