Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-5 ta' Marzu 2008 — SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Offenbach KG vs Finanzamt Düsseldorf-Süd

(Kawża C-102/08)

(2008/C 142/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Offenbach KG

Konvenut: Finanzamt Dusseldor-Süd

Domandi preliminari

1)

Jistgħu l-Istati Membri “jqisu” l-attivitajiet ta' Stati, ta' awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u ta' korpi oħra rregolati bid-dritt pubbliku li huma eżentati mit-taxxa taħt l-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ bħala attivitajiet li huma jeżerċitaw bħala awtoritajiet pubbliċi fis-sens tar-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) ts-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) biss fejn l-Istati Membri jipprovdu dispożizzjoni legali espliċita għal dan il-għan?

2)

Jistgħu “distorsjoni[jiet] sinifikanti tal-kompetizzjoni” fis-sens tar-raba' subparagrafu moqri flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ jeżistu biss fejn il-kunsiderazzjoni ta' korp irregolat bid-dritt pubbliku bħala persuna mhux taxxabbli twassal għal distorsjonijiet sinjifikanti tal-kompetizzjoni bi ħsara għal persuni privati kompetituri li huma taxxabbli jew inkella wkoll fejn il-kunsiderazzjoni ta' korp irregolat bid-dritt pubbliku bħala persuna mhux taxxabbli twassal għal distorsjonijiet sinjifikanti tal-kompetizzjoni bi ħsara għalih innifsu?


(1)  ĠU L 145, p. 1.