Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-377/08)

(2008/C 285/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EGN BV — Filiale Italiana

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domanda preliminari

L-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta' Mejju 1977, jawtorizza lill-fornitur, fil-każ ta' provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni bejn persuni taxxabbli residenti f'diversi Stati Membri tal-Komunità u fejn il-persuna li tirċevihom għandha tħallas il-VAT fuqhom, inaqqas it-taxxa li jkollha titħallas fuq l-akkwist jew l-importazzjonijiet ta' oġġetti marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet, li l-fornitur kien ikollu dritt inaqqas kieku kien jipprovdi l-istess servizzi fil-pajjiż tiegħu?


(1)  ĠU L 145, p. 1.