Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-472/08)

(2008/C 327/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alstom Power Hydro

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi li Stat jipprovdi fil-leġiżlazzjoni tiegħu terminu ta' tliet snin għall-preskrizzjoni tad-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta' ħlas żejjed tat-taxxa fuq il-valur miżjur (id-differenza bejn it-taxxa kkalkulata u l-akkont ta' taxxa mħallsa)?