Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fl-4 ta' Diċembru 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-538/08)

(2009/C 55/12)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(4) tat-Tieni Direttiva (1) u l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru, li xtaq jeżerċita l-fakultà offruta minn dawn l-artikoli li jeskludi (u jibqa' jeskludi) mit-tnaqqis il-kategoriji ta' spejjeż li jirrispondu għall-espressjoni “jiġi offrut mezz ta' transport individwali”, ikun issodisfa l-kundizzjoni meħtieġa li jistabbilixxi kategorija ta' beni u servizzi suffiċjentement iddefiniti?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija affermattiva, l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 17(2) u (6) tas-Sitt Direttiva jippermettu li dispożizjzoni legali nazzjonali bħal dik inkwistjoni, adottata qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, tipprovdi li persuna taxxabbli ma tistax tnaqqas il-VAT kollha mħallsa fil-mument tal-akkwist ta' ċerti beni u servizzi li huma utilizzati parzjalment għal għanijiet professjonali u parzjalment għal għanijiet personali, iżda tista' biss tnaqqasha proporzjonalment mill-VAT imputabbli għall-użu għal għanijiet professjonali?


(1)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta' applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU 71, p. 1303).

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).