Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula min-Niedersächsischen Finanzgericht (il-Ġermanja), fis-16 ta' April 2008 — Monika Vollkommer vs Finanzamt Hannover-Land I

(Kawża C-156/08)

(2008/C 183/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monika Vollkommer

Konvenuta: Finanzamt Hannover-Land I

Domandi preliminari

Il-ġbir tat-taxxa Ġermaniża fuq it-trasferimenti ta' l-art fuq xogħlijiet futuri ta' kostruzzjoni permezz ta' l-inklużjoni ta' dawn fil-bażi ta' stima tat-taxxa fuq it-trasferimenti ta' l-art mhux mibnija (magħrufin bħala oġġett ta' servizzi uniformi li jikkonsistu kemm f'xogħolijiet ta' kostruzzjoni kif ukoll fl-akkwist ta' l-art innifisha) jikser il-projbizzjoni Komunitarja ta' l-intaxxar, diversi drabi, ta' servizz minħabba fit-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, imsemmija fl-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta' 28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1) (qabel l-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977 (2)) meta x-xogħolijiet ta' kostruzzjoni li huma suġġetti għat-taxxa fuq it-trasferimenti ta' l-art huma fl-istess waqt suġġetti, bħala servizzi indipendenti, għat-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul mill-bejgħ?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 145, p. 1.