Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance ta' Mons (Il-Belġju) fl-10 ta' Novembru 2008 — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-483/08)

(2009/C 19/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance ta' Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenuta: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1), jipprekludi interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali u prattika amministrattiva li jistabbilixxu l-punt tat-tluq tal-azzjoni għal irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li abbażi tiegħu huwa kkalkolat it-terminu ta' preskrizzjoni ta' din l-azzjoni, fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis?


(1)  ĠU L 145, p. 1.